Kap ġdid għall-uffiċċju taż-żwiġijiet

L-Arċisqof Charles Jude Scicluna ħatar lil Mons. Alfred Vella bħala l-Kap tal-Uffiċċju tar-Reġistrazzjoni taż-Żwiġijiet tal-Arċidjoċesi ta’ Malta. Huwa ħa post Dun Mario Tong li ssostitwixxa lil Mons. Tarcisio Delicata li kien ilu jservi f’din il-kariga għal sbatax-il sena. 

Mons. Alfred Vella ġie ordnat saċerdot fl-1984 u serva f’diversi parroċċi fosthom fil-parroċċa ta’ San Pawl fir-Rabat, Ħal Luqa, iż-Żejtun u Ħ’Attard. Għal sbatax-il sena kien id-Direttur tal-Kummissjoni Emigranti, illum Kummissjoni Migranti. 

L-Uffiċċju Żwiġijiet jieħu ħsieb l-ipproċessar tad-dokumenti tal-koppji li jixtiequ jingħaqdu fis-sagrament taż-żwieġ. Minħabba l-pandemija COVID-19 kull min għandu bżonn iżur l-Uffiċċju Żwiġijiet fi ħdan il-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana għandu jagħmel appuntament billi jċempel mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn l-11am u 12pm fuq 25906205 jew jibgħat imejl fuq ufficcju.zwigijiet@maltadiocese.org. 

Share With: