“Joe se jħalli vojt fis-soċjetà” – Il-Parlament isellem lil Joe Micallef Stafrace

Ritratt Roger Azzopardi

L-Ispeaker Anġlu Farrugia, sellem  il-memorja ta’ Joe Micallef Stafrace li serva fil-Parlamnt bejn l-1962 u l-1976. Hu serva fi tlett leġiżlaturi u serva bħala ministru.

Id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne qal li “għalija Joe hu xempju ta’ dak li għadda minnu l-Partit Laburista fi żmien tas-sittinijiet u sebgħijnijiet. Ta’ 22 sena sar editur ta’ Is-Sebħ. Ma kienx żmein faċli għax il-Partit Laburista kellu lil kulħadd kontrieh fosthom il-Knisja Kattolika. Il-grazzi li ħa, talli ppubblika karikatura fuq gvernatur, il-qrati Maltin bagħtuh erbat ijiem ħabs. Immaġinaw kieku tiġri llum. Il-gazzetta spiċċat għal xahrejn sħaħ sospiża u ma setgħetx tkun pubblikata. Ġara li kull min kien jikteb jew jaqra l-gazzetta Laburista kien ingħata l-interdett. Meta wasal biex jiżżewweġ u riedu jiżżewġu fil-Knisja Parrokkjali tar-Rabat ma ħallewhx. Mar għand l-isqof u talbu jħallieh jiżżewweġ fil-Knisja. Qallu nżewwġek jien fil-Palazz basta toħroġ tgħid li m’għadekx Laburista iżda Joe Micallef Stafrace qallu nippreferi niżżewweġ fis-sagristija milli niċħad dak li nemmen fih”.

Tenna li “dawn id-daqqiet lil Joe Micallef Stafrace ma beżżgħuhx. Kont kull ġimgħa insegwi l-artiklu tiegħu fil-gazzetta IT-TORĊA. Joe se jħalli vojt kbir mhux biss fil-familja u fil-Partit Laburista imma anke fis-soċjetà.”

Il-Kap tal-Oppożizzjoni, Bernard Grech qal li “Joe kien persuna li rnexxielu jimxi ‘l quddiem.  Meta bdejt naħdem jien, Joe kien ġgant fil-kamp legali. Rajt rispett kbir mingħandu.  Jirnexxielu minkejja li kien ġgant u jien kont insinifikanti, sibt rispett ġenwin mingħandu.  Fil-ħajja minkejja li naqilgħu fuq wiċċna inkunu kapaċi nikbu b’mod matur u nelevaw lilna nfusna. Kien iċempelli u l-aħħar li ċempilli kien fil-bidu ta’ Jannar. Insellimlu”.

L-Ispeaker Anġlu Farrugia qal li ‘jien sirt nafu meta infetaħ il-Każin Laburista tal-Mosta u xi ħadd semma’ lil Stafrace. Dħalt fil-Pulizija u bdejt niltaqa’ ma’ Stafrace bħala espert tat-traffiku. Dan kien spiss iċempilli.  Kien jikteb regolari f’IT-TORĊA u kien jikteb f’Leħen is-Sewwa. Kien persuna li kien konsistenti u moderat.”

Share With: