Jingħataw kważi 45,000 doża … 151 każ ġdid… 156 ifiqu

Aktar minn 12,928 persuna ħadu żewġ dożi tal-vaċċin kontra l-Covid-19, hekk kif sal-bieraħ b’kollox ġew amministrati 44,598 doża. 

Intant matul dawn l-aħħar 24 siegħa kien hemm 151 każ ġdid ta’ Covid-19, wara li ttieħdu 3,491 swab test. Fl-istess waqt kien hemm 156 persuna li kienu rapportati bħala li kienu rkupraw mill-virus, biex in-numru ta’ każi attivi issa jammonta għal 2,401.

Il-Ministeru għas-Saħħa qal ukoll li matul l-aħħar sigħat ma kienx hemm mewt kaġun tal-pandemija.

Share With: