Jindarab serjament f’inċident waqt xogħlijiet fl-Imrieħel

Ilbieraħ, għall-ħabta tal-5:30 p.m, il-Pulizija ġiet infurmata li aktar kmieni, għall-ħabta ta’ nofsinhar, raġel kien iddaħħal l-Isptar Mater Dei bi ġrieħi serji. 

Il-Pulizija tad-Distrett marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġi illi sar, irriżulta li, Bulgaru ta’ 48, residenti l-Gżira kien waqa’ minn sellum waqt li kien qed jaħdem f’fabbrika fiż-Żona Industrijali tal-Imrieħel. 

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Yana Micallef Stafrace, li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha. 

L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan il-każ għadha għaddejja. 

Share With: