Jeħel 14-il xahar ħabs talli ħebb għall-pulizija

Raġel ta’ 34 sena mil-Libja kien ikkundannat 14-il xahar ħabs wara li l-ġimgħa li għaddiet ammetta li ħebb għal żewġ uffiċjali tal-Pulizija.

Faraj Mohamed Faraj El Ragig kien wieġeb ħati li fl-10 ta’ Jannar, fil-Marsa, ħebb għas-Surġent Gareth D’Amato u l-Kuntistabbli Waylon Cassar u ikkaġunalhom feriti ħfief.

Quddiem il-Maġistrat Neville Camilleri irriżulta li din ma kinitx l-ewwel darba li Ragig instab fis-sakra u meta l-pulizija marru jkellmuh spiċċa jattakkahom.

Minbarra l-14-il xahar ħabs l-imsemmi maġistrat ikkundanna lil Ragig għal multa ta’ €5,000.

Il-prosekuzzjoni f’dan il-każ tmexxiet mill-Ispettur Andy Rotin waqt li l-Avukat Martin Fenech deher għal Ragig.

Share With: