Iweġġa’ idu waqt li kien qed jaħdem fuq makkinarju f’sit ta’ kostruzzjoni f’Ħal Farruġ

Raġel min-Nepal sofra ġrieħi gravi wara li indarab f’sit ta’ kostruzzjoni fil-limiti ta’ Ħal Farruġ. Il-Pulizija marru immedjatament fuq il-post fejn jirriżulta li r-raġel, ta’ 34 sena residenti l-Ħamrun, weġġa’ idu meta kien qed jagħmel xogħol b’makkinarju.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku biex ir-raġel jingħata l-assistenza medika. Huwa ttieħed l-Isptar Mater Dei fejn aktar tard ġie ċċertifikat li kien qed isofri minn ġrieħi gravi.

Il-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha fuq il-każ.

Share With: