Iweġġa’ gravi wara li jibqa’ dieħel f’vann ipparkjat bil-quadbike

Raġel ta’ 36 sena minn Ħaż-Żabbar sofra ġrieħi ta’ natura gravi wara li tilef il-kontroll tal-quadbike li kien qed isuq u ħabat f’vann tat-tip Isuzu li kien ipparkjat. L-inident seħħ għall-ħabta tas-1.00 p.m. fi Triq ir-Rabat, in-nadur.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna lir-raġel. Huwa ttieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex fejn aktar tard kien iċċertifikat li kien qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

Il-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijet tagħha fuq il-każ.

Share With: