Isfori ġrieħi gravi f’razzett f’Għawdex

Raġel ta’ 61 sena residenti l-Munxar sofra ġrieħi gravi wara li waqa’ minn fuq sellum waqt i kien qiegħed f’razzett f’Għajnsielem, Għawdex. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-1.00 p.m.

Fuq il-post mar tim mediku li ħa lir-raġel l-Isptar Ġenerali t’Għawdex għall-kura fejn aktar tard irriżulta li kien qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.

Share With: