Is-sidien ta’ British Airways jirreġistraw telf ta’ €7.4bn għall-2020

International Airlines Group (IAG), is-sid tal-linja tal-ajru British Airways, irrapportat telf rekord ta’ €7.4 biljun għas-sena li għaddiet. Dan filwaqt li sejħet biex jiġi introdott passaport diġitali tas-saħħa għall-passiġġieri biex l-industrija tal-avjazzjoni tkun tista’ terġa’ tqum fuq saqajha.

IAG qalet li n-numru ta’ passiġġieri għas-sena li għaddiet kien biss ta’ terz ma’ dak reġistrat fl-2019, u għall-ewwel kwart ta’ din is-sena dan huwa biss 20% tal-livelli reġistrati qabel il-pandemija.

Il-kumpanija rreġistrat telf totali ta’ €7.4 biljun għall-2019, b’paragun mat-€2.6 biljun profitt reġistrati fl-2019.

“Ir-riżultati tagħna jirriflettu l-impatt li l-pandemija tal-Covid-19 kellha fuq in-negozju tagħha,” qal Luis Gallego, il-Kap Eżekuttiv ta’ IAG. Huwa żied li fl-istess waqt il-grupp qed jagħmel tibdiliet fin-negozju biex jiġu żgurat li l-kumpanija tkun f’pożizzjoni aktar kompetittiva wara l-pandemija.

Share With: