“Irvinata. Kattivi”… Arnold Cassola jikkundanna twissijiet bi spray f’Miġra l-Ferħa

“Blata tal-Melħ. Irvinata. Nies kattivi.” Hekk ikkummenta l-eks-Mexxej ta’ Alternattiva Demokratika Arnold Cassola għal kitba bi spray fuq il-blat u l-art fl-inħawi ta’ Miġra l-Ferħa, fil-limiti tar-Rabat.

Numru ta’ persuni rrikorrew għall-midja soċjali fejn qalu li raw lil raġel jikteb it-twissijiet fiż-żona. It-twissijiet li tħallew jisħqu li n-nies m’għandhiex tidħol fl-inħawi minħabba li din hija art privata. L-istess ħaġa tikkonċerna lil passaġġ li jintuża minn bosta li jmorru jimxu qalb il-kampanja.

Aġir li qanqal ir-rabja ta’ Cassola li ppubblika r-ritratti tat-twissijiet, u qal li grazzi għal dan l-aġir iż-żona issa hija “rvinata”.

Intant raġel li għandu għarfien tal-inħawi saħaq li ż-żona hija art privata, u l-passaġġ inkwistjoni sar mis-sidien tal-art għall-użu tagħhom. “Dan ma jagħmilx l-art aċċessibbli għall-pubbliku,” huwa żied jgħid.

Share With: