Ir-residenti ta’ Texas imwissija biex jgħallu l-ilma tal-vit qabel jikkonsmawh

Madwar 13-il miljun persuna ġewwa l-istat Amerikan ta’ Texas għadhom qed jaffaċċjaw problemi biex jaċċessaw ilma nadif. Infatti r-residenti ġew imwissija biex jgħallu l-ilma tal-vit qabel jikkonsmawh u dan hekk kif il-maltemp qalil qiegħed jaħkem wassal biex il-provvista tal-elettriku tinqata’ u l-impjanti li jittrattaw l-ilma jieqfu jaħdmu. 

Dan kollu seħħ hekk kif maltempata qalila laqtet lin-Nofsinhar tal-Istati Uniti u qatlet minn tal-inqas 24 persuna kif ukoll ħalliet miljuni mingħajr provvista tal-elettriku. 

Kawża tal-kesha li qiegħda tagħmel, għadd ta’ pajpijiet tal-ilma fid-djar residenzjali nfaqgħu u dan 

minkejja li n-nies bdew idawruhom fil-kutri. Waqt din il-maltempata t-temperatura niżlet għal livelli rekord fejn f’ċertu żoni saħansitra kienet -18oC. Minħabba dan, id-domanda fuq is-sistema elettrika hija kbira immens hekk kif in-nies qegħdin jipprovaw isaħħnu djarhom. 

Share With: