Ir-Renju Unit bi studju dwar l-użu ta’ vaċċini differenti għall-ewwel u t-tieni doża

Test fir-Renju Unit se jkun qed jara jekk l-għoti ta’ vaċċini differenti għall-ewwel u t-tieni doża tkunx effettiva daqs li kieku jintuża l-istess vaċċin għaż-żewġ dożi.

L-għan ta’ dan huwa biex ikun hemm aktar flessibbiltà fil-proċess ta’ tilqim anke fid-dawl ta’ problemi li jistgħu jinqalgħu fil-provvisti tal-vaċċini.

Xjentisti qalu li t-taħlit tal-vaċċini jaf iwassal anke għal protezzjoni akbar kontra l-Covid-19.

Il-Ministru Brittaniku responsabbli mill-proċess ta’ tilqim qal li r-Renju Unit mhuwiex se jkun qed ibiddel l-approċċ tiegħu sas-sajf li ġej.

Attwalment il-linja gwida hija li kull persuna tingħata żewġ dożi mill-istess vaċċin.

Share With: