In-numru tad-dożi amministrati jaqbeż id-29,000; L-imwiet jitilgħu għal 270

In-numru ta’ dożi tal-vaċċin kontra l-Covid-19 li ġew amministrati sal-bieraħ qabeż id-29,000, b’4,476 persuna jirċievu wkoll it-tieni doża.

Dan jirriżulta mill-informazzjoni li tiġi ppubblikata mill-Ministeru għas-Saħħa. Intant l-istatistika turi li lbieraħ ittieħdu 2,836 swab test, li minnhom irriżultaw 141 każ ġdid/ Fl-istess waqt kien hemm 132 persuna li rkupraw mill-virus. Dan ifisser li n-numru tal-każi attivi issa jammonta għal 2,665.

Il-Ministeru għas-Saħħa qal ukoll li n-numru tal-imwiet relatati mal-Covid-19 tela’ għal 270, wara li matul dawn l-aħħar 24 siegħa mietet anzjana ta’ 92 fil-faċilità tal-Good Samaritan.

Share With: