Imut Vince Farrugia fl-età ta’ 77 sena

Vince Farrugia, l-eks-direttur ġenerali tal-GRTU miet illum fl-età ta’ 77 sena. Bosta kienu dawk li fakkru l-memorja ta’ Farrugia hekk kif ġriet l-aħbar tal-mewt tiegħu.

Mario Debono l-President tas-Sezzjoni tas-Sidien tal-Ispiżjari qal li Malta tilfet lil ġgant, u gwardjan tan-negozji ż-żgħar.

Huwa żied jisħaq l-importanza ta’ Farrugia għas-sidien ta’ negozji żgħar u medji, u kif kien iservi ta’ gwida għal ħafna negozji li kienu jfittxu l-għajnuna tiegħu.

Vince Farrugia kien ukoll kandidat Ewro Parlamentari f’isem il-Partit Nazzjonalista fl-2009.

Share With: