Il-vaċċin ta’ Johnson & Johnson vaccine: L-Istati Uniti tgħid li l-vaċċin huwa sigur għall-użu lokali

Ir-regolaturi Amerikani għall-mediċina qalu li l-vaċċin ta’ Johnson & Johnson kontra l-Covid-19 – li jirrikjedi doża waħda biss – huwa sigur u effettiv.

Din id-deċiżjoni se twassal biex il-vaċċin ikun it-tielet wieħed li se jkun qed jintuża kontra l-virus fl-Istati Uniti.

Il-vaċċin ta’ Johnson & Johnson se jkun alternattiva għall-vaċċini ta’ Pfizer u Moderna anke mill-aspett finanzjarju, u jista’ jinħażen f’refriġeraturi minflok fi freezer.

Testijiet kliniċi jindikaw li l-vaċċin se jkun qed jipprevjeni mard serju kkaġunat mill-Covid-19, madankollu ir-rata ta effettività tiegħu f’każi moderati hija ta’ 66%.

Il-kumpanija qablet li tipprovdi lill-Istati Uniti b’100 miljun doża tal-vaċċin sal-aħħar ta’ Ġunju. Ir-Renju Unit, l-Unjoni Ewropea u l-Kanada wkoll ordnaw kwantità ta’ dożi u mal-500 miljun doża ġew ordnati permezz tal-iskema Covax.

Share With: