Il-pulizija tieħu passi b’rabta ma’ ċelebrazzjonijiet fil-Ħamrun

Numru ta’ persuni, fosthom sid ta’ ħanut, ġew mitkellma mill-Pulizija minħabba ksur ta’ restrizzjonijiet marbuta mal-ilbies ta’ maskra u tipjip ġewwa. Il-Pulizija se tieħu passi kontra diversi persuni skont il-liġi. Dan sar wara li l-Pulizjia investigaw il-kontenut ta’ filmat li deher fuq il-mezzi soċjali b’rabta ma’ ċelebrazzjonijiet ġewwa stabbiliment fil- Ħamrun.

L-istabbiliment inkwistjoni għandu liċenzja ta’ snack bar u jista’ jiftaħ suġġett li jkun qed jopera skont l-Avviżi Legali b’rabta mal-COVID-19, għaldaqstant ġiet infurmata b’dan il- każ l-Awtorità tat-Turiżmu, li min-naħa tagħha ħarġet ukoll ‘enforcement notice’.

Matul tmiem il-ġimgħa li għadda l-Pulizija tad-Distrett flimkien ma’ dawk tar-Rapid Intervention Unit wettqu diversi rondi madwar it-toroq tal-Ħamrun, dan biex jiġu evitati gruppi ta’ nies waqt xi ċelebrazzjonijiet, fejn ma ġiet irrappurtata l-ebda ċelebrazzjoni fit- toroq u l-istabbilimenti li għandhom biss liċenzja tax-xorb (bars) instabu magħluqin u konformi mal-avviż legali

Share With: