Il-Prinċep Philip jidaħħal l-isptar fuq suġġeriment tat-tabib tiegħu

Id-Duka ta’ Edinburgh iddaħħal fi sptar wara li ħassu ma jiflaħx. Fi stqarrija maħruġa minn Buckingham Palace intqal li l-Prinċep Philip li jgħodd id-99 sena jinsab rikoverat fi sptar skont ma kien issuġġerit mit-tabib tiegħu. Din id-deċiżjoni qiegħda titqies bħala waħda ta’ prekawzjoni.

Fl-istqarrija ntqal li d-Duka jinsab rikoverat fl-Isptar King Edward VII f’Londra. Intqal ukoll li din d-deċiżjoni tista’ titqies bħala miżura ta’ prekawzjoni min-naħa tat-tabib tiegħu. 

Skont l-istess stqarrija huwa mistenni jibqa’ l-isptar għal xi jiem ta’ osservazzjoni u serħan. Skont l-aħħar informazzjoni jidher li d-Duka ma kellu bżonn l-ebda assistenza u li saħansitra kien hu stess li saq sal-isptar imsemmi aktar qabel.

Share With: