Il-President iżur Lufthansa Technik Malta

Il-President George Vella żar il-kumpanija Lufthansa Technik Malta.

F’kelmtejn waqt din iż-żjara, il-President innota b’sodisfazzjon ix-xogħol li qed isir mill-kumpanija fl-industrija tal-avjazzjoni u l-fatt li timpjega ’l fuq minn 550 ħaddiem, bil-maġġoranza kważi assoluta tagħhom Maltin.

Il-President fisser kif filwaqt li din l-industrija ma kinitx parti mis-snajja tradizzjonali tal-Maltin, l-opportunitajiet b’dan il-qasam flimkien mal-kapaċitajiet tal-ħaddiema wasslu biex il-prattiċi tagħhom ġew żviluppati b’mod li saħansitra huma implimentati madwar id-dinja fejn topera Lufthansa Technik.

Share With: