Il-POU b’diskussjoni dwar diversi punti mal-amministrazzjoni tal-Korp tal-Pulizija

Il-Police Officers’ Union fi ħdan il-General Workers’ Union kellha laqgħa kostruttiva u pożittiva mal-Kummissarju tal-Pulizija Angelo Gafà, mal-Assistenti Kummissarji Kenneth Haber u Steven Gatt, u l-Ispettur Bugeja fejn ġew diskussi diversi punti.

Fost oħrajn ġie diskuss ġie diskuss il-punt tal-midja sojali. il-POU qalet li l-pożizzjoni tagħha hija li pulizija jista’ jikkummenta “Awguri u jagħfas like” għaliex fl-opinjoni tagħha ma fiha xejn ħażin dment li jkunu kummenti diċenti u mingħajr ma tkun imdaħħla l-politika. Il-POU qalet li l-Kummissarju fuq talba tagħha qalilha li se jirrivedi l-warnings li ngħataw u se jiċċara l-policy.

Il-POU qalet ukoll li informat lill-amministrazzjoni fuq il-leave tal-kwarantina li sal-lum min ikun pożittiv bil-Covid għadu qed jinqatgħu mis-sick tiegħu. Il-POU qalet li informathom ukoll li se ssir laqgħa mal-ministru rigward dan u jekk mhux se jkun hemm żviluppi pożittivi f’din il-laqgħa se tkun qed tagħti diversi direttivi lill-membri tagħha.

Tenniet ukoll li ġie diskuss dwar meta jkun hemm ‘overtime’, u din l-istess overtime waqa’ “revenue”. Tenniet li l-Pulizija li ma jkunx kiteb l-availability għal dik l-istess ġurnata dan jista’ jagħmel dik l-overtime, u fl-aħħar mill-aħħar, ikun aħjar li minflok pulizija jittieħed mid-duty tal-għassa, dan jibqa’ hemm.

Il-POU qalet ukoll li ressqet l-idea li b’rigward ma’ kull overtime fuq fixed points, għandu jkun hemm ritratt ta’ ma’ min wieħed ikun għassa, numri ta’ emerġenza u kif ukoll linji gwida għal meta wieħed ikun għassa hemmhekk, fosthom is-safety tal-arma.

Issemma wkoll il-punt li messu jkun hemm tip ta “vacation leave book” biex pulizija jkun jaf meta jmissu l-leave.

Il- POU ssuġġeriet ukoll biex meta pulizija jieħu l-leave dan ikun jista’ jagħmel overtajm, bħal eżempju ‘fixed point’ dment li ma jkunx hemm abbuż.

Tenniet li tressaq il-punt tal-bżonn li jiżdied il-man power f’ċerti distretti fejn qed tiġi kkunsidrata ovvjament skont prijoritajiet speċjalment f’Għawdex.

Saħqet ukoll li insistiet biex il-bulletproof vests ikunu diżinfettati speċjalment bħalissa li tul il-pandemija tal-Covid-19 u issa li ġej is-sajf.

Qalet li fakkret lill-amministrazzjoni fil-proposta li li għamlet fix-xhur ta’ qabel, li ma’ kull paga, tinqabad l-extra u l-overtime u ma jkunx hemm dak ix-xahar partikolari bla overtime u extra.

Temmet billi fakkret lill-amministrazzjoni rigward il-kwistjoni tal-pulizija li ma kinux tħallsu meta kienu għassa ma’ fixed point partikolari għax il-kumpanija falliet u l-pulizija baqa’ ma tħallasx. Il-POU qalet li b’rabta ma’ dan il-każ talbet lill-korp biex jara x’inhu l-ammont dovut u jiġi mħallas.

Share With: