Il-postijiet tal-akkomodazzjoni jaraw it-turisti jonqsu b’65%

Matul is-sena 2020 il-postijiet tal-akkomodazzjoni f’pajjiżna, partikolarment il-lukandi, raw tnaqqis ta’ 65% fin-numru ta’ persuni, l-iktar turisti, li qagħdu fihom.

L-aħħar ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) dwar dan is-settur juru li b’kollox kienu 705,337 il-persuni li qattgħu lejl jew aktar fil-postijiet tal-akkomodazzjoni meta fl-2019 kienu ta’ madwar żewġ miljuni.

Ir-residenti, kemm jekk lokali kif ukoll jekk barranin, qattgħu 2.9 miljun lejl matul l-2020 meta fis-sena preċedenti l-iljieli laħqu kważi biljun, eżattament 9.9 miljun.

Waqt li l-postijiet tal-akkomodazzjoni fil-pajjiż raw tnaqqis fis-sodod okkupati minn 66% fl-2019 għal 25% fl-2020, dawk f’Malta raw tnaqqis minn 67% għal 25% mentri dawk f’Għawdex u Kemmuna naqsu 46% għal 26%.

Share With: