Il-PN bi pjani għat-tieni interconnector u wind farms fuq il-baħar

Gvern futur immexxi mill-Partit Nazzjonalista se jkun qed isegwi pjan komprensiv tal-enerġija li jinkludi t-tieni interconnector bejn Malta u l-Italja u wind farms ’il barra mill-kosta.

Ħabbar dan il-Kap Nazzjonalista Bernard Grech f’konferenza tal-aħbarijiet fl-Imdina. Grech qal li l-mira hija li sas-sena 2050 Malta tiġi newtrali mill-karbonju, mira stabbilita min-Nazzjonijiet Uniti u li sabet l-appoġġ tagħha mill-Unjoni Ewropea.

Grech wiegħed ukoll li se jkun qed jirrevedi l-kuntratti ffirmati mill-Gvern mal-konsorzju tal-Electrogas.

Id-Deputat Nazzjonalista Ryan Callus, li huwa l-kelliemi tal-Partit Nazzjonalsta dwar l-Enerġija, qal li l-pjani tal-PN fil-qasam tal-enerġija jinkludu l-użu ta’ rdieden tar-riħ fuq il-baħar biex tiġi ġġenerata l-enerġija.

Grech u Callus qalu li aktar dettalji dwar il-pjan tal-enerġija mħaddan mill-Partit Nazzjonalista se jkunu qed jingħataw fil-ġimgħt u x-xhur li ġejjin fi proċess ta’ konsultazzjoni wiesa’ mal-pubbliku.

Share With: