Il-PM Robert Abela jifraħ lil Pete Buttigieg għall-ħatra tiegħu fl-Istati Uniti

F’telefonata li kellu fl-aħħar sigħat, il-Prim Ministru Robert Abela tkellem mas-Segretarju tat-Trasport tal-Istati Uniti, Pete Buttigieg.

Abela feraħ lil Buttigieg għall-ħatra tiegħu u tkellmu dwar il-viżjoni li għandna għas-settur tat-trasport u l-mira li jaslu għal ekonomija carbon-neutral. Abela żied jgħid li jidher ċar li f’dawn l-oqsma hemm lok għal ħidma flimkien.

Temm jinnota wkoll kif il-kisbiet li saru fis-settur tad-drittijiet ċivili f’pajjiżna kienu nnotati anke fl-Istati Uniti.

Min-naħa tiegħu Buttigieg rringrazzjah permezz ta’ Tweet u qal li huwa kburi li jaqblu li għandhom l-istess impenn fl-aħjar interess għan-nazzjon.

Share With: