Il-pajjiżi Ewropej jaqblu li għandhom jidħlu fis-seħħ passaporti li jindikaw li persuna tkun ħadet il-vaċċin

Potenzjalment jidħlu fis-sajf li ġej biex terġa’ tibda ddur r-rota ekonomika li joffri t-turiżmu

Il-Kapijiet tal-Membri Stati tal-Unjoni Ewropea, qablu li jkunu introdotti passaporti li jindikaw li persuna li se tkun qiegħda tivvjaġġa ħadet il-vaċċin għal kontra l-imxija tal-COVID-19. Jista’ jagħti l-każ li dawn il-passaporti jkunu introdotti sas-sajf li ġej, bil-għan li r-rota ekonomika li joffri t-turiżmu terġa’ tibda ddur bil-mod.

Din id-deċiżjoni ttieħdet wara pressjoni li għamlu l-pajjiżi Ewropej li jinsabu fin-Nofsinhar tal-mappa Ewropea. Fost il-pajjiżi li oġġezzjonaw dawn il-passporti hemm Franza u l-Belġju li wrew ix-xettiċiżmu tagħhom dwar vjaġġar bejn pajjiż u ieħor.

Il-Prim Ministru ta’ Malta Robert Abela kien parti minn din id-diskussjoni li saret b’mod virtwali.

Share With: