Il-paga minima ta’ Malta taqa’ fin-nofs tal-pajjiżi fil-blokk Ewropew

Il-paga minima ta’ Malta, li tammonta għal €785, taqa’ fin-nofs tal-pagi medji tal-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea. Dan jirriżulta minn statistika li kienet ippubblikata mill-Eurostat fil-jiem li għaddew.

Fl-1 ta’ Jannar li għadda, għaxar stati membri, ilkoll mil-Lvant tal-Ewropa, kellhom paga minima li kienet inqas minn €700 fix-xahar. Dawn il-pajjiżi, hekk kif indikat fl-istatistika annessa huma l-Bulgarija, l-Ungerija, ir-Rumanija, il-Latvija, il-Kroazja, ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, il-Polonja, is-Slovakkja u l-Litwanja.

Min-naħa l-oħra fi Franza, il-Ġermanja, il-Belġju, l-Olanda, l-Irlanda u l-Lussemburgu l-paga minima hija aktar minn €1,500.

Share With: