Il-Ministru Fearne jtenni li hemm il-pjani għall-helipad fl-isptar

Il-kwistjoni marbuta mal-ġarr ta’ pazjenti mill-Isptar t’Għawdex lejn Malta tqajmet fil-Parlament. Għal domanda tad-Deputat Nazzjonalista Joe Ellis, il-Ministru għas-Saħħa, Chris Fearne ddikjara li “hu ppjanat li jkun hemm il-faċilità tal-użu ta’ helipad mat-tkomplija tal-bini ta’ sptar akut ġdid f’Għawdex filwaqt li ladarba tinbena l-blokka l-ġdida (Mother and Child) li se tkun tagħmel parti mill-isptar Mater Dei, se jkun hemm il-faċilità tal-helipad fuq din l-istess blokka. ”

Il-Ministru Fearne żied jgħid li “attwalment fl-isptar Ġenerali t’Għawdex il-helipad mhuwiex permissibli minħabba li l-pjani futuri se jirrendu li s-sit preżenti se tkun waħda ta’ kostruzzjoni u żvilupp. F’Mater Dei minkejja li kienu diġà bdew isiru xi xogħlijiet biex ikun jista’ jsir helipad, dawn kellhom jitwaqqfu minħabba li kien hemm problema ta’ saħħa fil-bini.”

Share With: