Il-militar ta’ Myanmar jieħu f’idejh l-kontroll tal-pajjiż… wara li ġiet arrestata Aung San Suu Kyi

Il-militar ta’ Myanmar ħa f’idejh il-kontroll tal-pajjiż wara kolp ta’ stat li fih ġiet arrestata l-mexxej tal-pajjiż Aung San Suu Kyi u politiċi oħra fuq allegazzjonijiet ta’ frodi fl-elezzjoni ta’ Novembru. 

F’dikjarazzjoni fuq l-istazzjon televiżiv militari, intqal illi l-awtorità kollha ngħatat lill-ogħla kmandant tal-armata filwaqt li ġiet dikjarata stat ta’ emerġenza għal sena sakemm isir trasferiment tal-poter.

Dan il-kolp ta’ stat isegwi rebħa elettorali kbira mil-Lega Nazzjonali għad-Demokrazija li kienet għamlet is-Sinjura Suu Kyi. Hija ħeġġet lill-partitarji tagħha biex “ma jaċċettawx dan u jipprotestaw kontra l-kolp ta’ stat.”

Kien fis-sigħat bikrin tat-Tnejn filgħodu, meta l-militar qal li kien qed jgħaddi l-poter lill-‘commander-in-chief’ Min Aung Hlaing minħabba allegat “frodi elettorali”. Is-suldati jinsabu fit-toroq tal-Kapitali, Nay Pyi Taw, u l-belt ewlenija, Yangon. 

Il-Myanmar, magħruf ukoll bħala Burma, kienet immexxija mill-Forzi Armati sal-2011, sakemm bdew riformi demokratiċi, mmexxija minn Aung Sann Suu Kyi, li wasslu għat-tmiem tal-ħakma militari.

Share With: