Il-Maltin bl-inqas piż fl-infieq fuq ‘housing’

Matul l-2019 il-Maltin u l-Għawdxin kienu l-inqas li kellhom spejjeż fuq ‘housing’ meta mqabbel maċ-ċittadini l-oħra fl-istati membri.

L-Eurostat stħarreġ kemm ċittadini tal-pajjiż, dawk minn pajjiżi oħra tal-UE u dawk minn pajjiżi terzi, jiġifieri minn barru l-UE, jonfqu aktar minn 40% fuq spejjeż relatati mad-dar.

L-istħarriġ sab li f’Malta huma 1% biss tal-Maltin u l-Għawdxin, bħal Ċipru, li l-ispiża tagħhom relatata mad-dar taqbeż dan l-ammont. 

Fl-istess waqt huma 20% ta’ dawk li ġejjin minn pajjiżi terzi u 35% ta’ dawk li ġejjin minn stati oħra tal-UE li jonfqu aktar.

Bħala medja fl-UE iċ-ċittadini jonfqu 9%, dawk minn stati membri oħra 19% mentri dawk minn barra l-UE 25%.

Dan juri li waqt li l-Maltin u l-Għawdxin kif ukoll barranin minn pajjiżi terzi jonfqu inqas mill-medja Ewropea, barranin li ġejjin minn stati membri oħra tal-UE qed jonfqu aktar.

Il-barranin minn pajjiżi oħra tal-UE li jgħixu Malta huma nfatti t-tieni l-iktar li jonfqu fuq ‘housing’ wara dawk li joqgħodu fil-Greċja fejn anke ċ-ċittadini u dawk minn pajjiżi terzi huma l-iktar li jonfqu fuq id-dar.

Share With: