Il-Mafja tgħin lill-Camorra tibgħat il-ħaxixa lejn Malta

L-awtoritajiet Taljani involuti fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata jemmnu li mafjużi fi Sqallija qed jgħinu lill-Camorra tittraffika l-ħaxixa lejn Malta.

Il-Camorra hija l-fergħa mafjuża li topera fir-reġjun tal-Campania mentra dik fi Sqallija hija magħrufa l-aktar bħala Cosa Nostra.

L-inkjesta saret mid-DDA ta’ Napli, il-fergħa tal-Istat li tiġġieled il-kriminalità organizzata fil-Campania.

Fiha jiġi identifikat Franco Genovese mill-familja Genovese bħala l-bniedem li kien f’kuntatt mal-clan Cappello ta’ Katanja biex droga mill-Italja tinżel Sqallija mbagħad tiġi ittraffikata lejn Malta.

Fl-inkjesta ġew arrestati 11-il persuna u ikkonfiskati 576 kilo ħaxixa tal-kannabis, 11-il kilo kokaina u €166,000 fi flus kontanti.

Share With: