“Il-lista ta’ stennija llum hi l-inqas waħda sa mis-sena 2002” – il-Ministru Roderick Galdes

Il-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali Roderick Galdes għal domanda tad-Deputat Nazzjonalista David Thake qal li llum il-lista ta’ stennija għal akkomodazzoni soċjali hija l-inqas waħda sa mis-sena 2002.

Hu qal li “writna lista ta’ stennija ta’ 2,900 applikant. Illum ħafna inqas minn hekk u se tkompli tonqos.  U dan se jsir għax il-gvern bena għal min ma jiflaħx jixtri.”  

Hawn intervjena d-Deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo u qallu li mhux minnu li l-inqas lista ta’ stennija kienet fis-sena 2002, iżda fis-sena 2009, kienet inqas.

Il-Ministru Galdes qallu li lest jisfidah bl-informazzjoni kollha.

Share With: