Il-kelba tad-Dwana Sophie terġa’ ssib flus mhux dikjarati fl-ajruport

Id-Dwana reġgħet għamlet sejba oħra ta’ flus mhux iddikjarati fl-ajruport grazzi għal waħda mill-klieb li għandha fil-Canine Unit. Is-sejba saret mill-kelba Sophie li bdiet ixxammem bagalja ta’ passiġġier li kien se jsiefer lejn pajjiż ieħor tal-UE.

Meta l-uffiċjali tad-Dwana staqsewh jekk kellux flus mhux iddikjarati huwa wieġeb li le imma meta fittxewlu fil-bagalja sabulu €13,000. Il-liġi Ewropea u lokali tgħid li persuna trid tiddikjara li jkollha iktar minn €10,000 f’tentattiv li l-UE tiġġieled il-ħasil tal-flus u l-iffinanzjar tat-terroriżmu.

Kif tagħti lok l-istess liġi l-passiġġier ingħata l-għażla li jew iħallas multa inkella jitressaq il-Qorti u għażel li jkun immultat. Għalkemm it-titjiriet naqsu drastikament, l-uffiċjali tad-Dwana baqgħu għaddejjin bir-rutina tas-soltu fejn jidħlu tfittxijiet.

Share With: