Il-każi ġodda għal darb’oħra jaqbżu l-200 każ; Imutu żewġ anzjani oħrajn

In-numru ta’ każi ġodda reġistrati matul dawn l-aħħar 24 siegħa reġa’ għal darb’oħra qabeż il-200 każ, hekk kif minn 3,640 swab test kienu reġistrati 258 każ. Fl-istess waqt kien hemm 182 persuna rapportata li rkuprat mill-virus. Dan ifisser li n-numru ta’ każi attivi issa tela’ għal 2,582.

Il-Ministeru għas-Saħħa qal ukoll li sal-bieraħ ġew amministrati 73,644 doża tal-vaċċin, bi 23,395 persuna jirċievu wkoll it-tieni doża.

Matul dawn l-aħħar 24 siegħa mietu wkoll żewġ anzjani waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19. L-anzjani, mara ta’ 83 sena u raġel ta’ 76 sena mietu l-Istpar Mater Dei.

Share With: