Il-każi ġodda fl-aħħar sigħat jaqbżu l-200 … Żewġ anzjani jmutu

In-numru ta’ persuni li ħadu żewġ dożi tal-vaċċin kontra l-Covid-19 tela’ għal 11,050, wara li sal-bieraħ kienu ġew amministrati 41,285 doża.

Intant in-nurmu ta’ każi attivi tela’ għal 2,406 wara li minn 3,206 swab test li ttieħdu matul dawn l-aħħar 24 siegħa rriżultaw 202 każi ġodda. Fl-istess waqt kien hemm 146 persuna li kienu rapportati bħala li rkupraw mill-virus.

Il-Ministeru għas-Saħħa informa wkoll li matul l-aħħar 24 siegħa anzjana ta’ 85 sena li kienet rikoverata fl-Isptar Mater Dei u anzjan ta’ 81 sena li kien rikoverat fl-Isptar San Vinċenz de Paule mietu waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19.

Share With: