Il-Każi attivi jibqgħu jonqsu b’aktar fejqan minn każi ġodda

Il-każi attivi f’pajjiżna ta’ Covid-19 komplew jonqsu għal 2,341, wara li minn 3,084 swab test li ttieħdu lbieraħ kien hemm 100 persuna li rriżultaw pożittivi. Madankollu fl-istess waqt kien hemm 157 persuna li kienu rapportati bħala li rkupraw mill-virus.

Intant mill-istatistika maħruġa ta’ kuljum mill-Ministeru għas-Saħħa jirriżulta li sal-bieraħ ġew amministrati 37,586 doża tal-vaċċin, b’8,749 persuna jirċievu żewġ dożi.

In-numru ta’ persuni li mietu kaġun tal-Covid-19 telgħu għal 282 hekk kif matul dawn l-aħħar 24 siegħa kien hemm żewġt irġiel anzjani, ta’ 93 u 77 sena li mietu fl-Isptar Mater Dei waqt li kienu pożittivi għall-virus.

Share With: