Il-każ ta’ żewġ żgħażagħ li kienu arrestati fuq pussess ta’ Kannabis… “se naħdem biex nibdlu aktar” – Il-Ministru għall-Intern, Byron Camilleri

Il-każ ta’ l-arrest ta’ żewġ żgħażagħ li kienu arrestati minħabba li nqabdu fil-pussess ta’ Kannabis wasslu biex tkellem dwar il-Ministru għall-Intern Byron Camilleri.

F’kumment li għadda hu qal li: “fl-aħħar sigħat jien ukoll kelli numru ta’ mistoqsijiet dwar il-każ taż-żewġ żgħażagħ li kienu arrestati f’lukanda b’rabta ma’ pussess ta’ kannabis. Bħala Ministru għall-Intern irrid nara li l-pulizija taġixxi fl-ispirtu tal-bidliet leġiżlattivi li għamilna fl-aħħar snin.” 

Tenna li “aktar minn hekk jien fost dawk li nemmen u se naħdem biex bħala leġiżlaturi nibdlu iktar, anke b’mod li każi bħal dawn lanqas ikun possibbli li jiġru. Min-naħa l-oħra mhux se nħalli min juża każ bħal dan biex ixekkel xogħol il-pulizija li għandha obbligu tinvestiga rapporti li jiġu quddiema. Fuq kollox din hi l-istess pulizija li fl-aħħar xhur rajniha twettaq operazzjonijiet b’suċċess biex niġġieldu d-droga. Saħansitra saru qabdiet kbar ħafna.”   

Enfasizza li “qabdiet oħrajn, għalkemm iżgħar, jagħmlu differenza kbira. Qed nirreferi għal qabdiet bħal dawk li kien hemm il-Marsa fl-aħħar sigħat fejn qed inkunu pro-attivi biex inneħħu mill-qalba tal-komunità, il-ġonna u postijiet pubbliċi, in-negozju ta’ sustanzi llegali.”

Share With: