Il-Junior College b’“zoni kwieti” għall-istudenti waqt il-Covid

Fil-Junior College tal-Imsida inħolqu numru ta’ zoni għall-kwiet biex l-istudenti jkunu jistgħu jsegwu l-lezzjonijiet online.

Kien id-deputat Nazzjonalista Ryan Callus li staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni Justyne Caruana tikkonfermax jekk hemmx studenti fil-Junior College li qed isegwu l-lezzjonijiet mill-kurituri u x’beħsiebha tagħmel biex tindirizzaha.

Caruana weġbitu li l-Junior College ilu li ħoloq postijiet adattati msejjħa “quiet areas” biex l-istudenti jkunu jistgħu jsegwu l-lezzjonijiet minn dawn il-postijiet bil-kumdita.

Hija żiedet li finalment hija l-għażla tal-istudenti minn fejn isegwu l-lezzjonijiet imma żgur ħadd ma jista’ jgħid li m’hemmx postijiet biżżejjed fil-“quiet areas”.

Share With: