Il-ħaddiema jieħdu lura dritt li kellhom… ġurnata leave għal kull festa pubblika li tiġi s-Sibt jew il-Ħadd

Il-Ministru Carmelo Abela fl-intervent tiegħu dwar l-abbozz ta’ liġi li jemenda l-Att dwar il-Fest Nazzjonali u Btajjel Pubbliċi fisser li minn din is-sena, kull festa pubblika li tiġi fi tmiem il-ġimgħa se jiġu kkumpensati b’ġurnata leave.

Abela fakkar li kienet l-amministrazzjoni preċedenti li fost deċiżjonijiet li ħadet b’detriment għall-poplu kien hemm dik li wasslet biex bejn is-sena 2005 u l-2017 insterqu 50 ġurnata leave lill-ħaddiema u ġew affettwati eluf ta’ ħaddiema.

Share With: