Il-GWU kontra li l-iswab test isir fl-off day… b’rabta mal-ħaddiema tar-residenza San Vinċenz de Paul

It-Taqsima GWU Gvern u Entitajiet Pubbliċi ġiet infurmata dwar il-ħaddiema tar-residenza San Vincenż De Paul għaliex mhux qegħdin jitħallew jieħdu l-mistrieħ tagħhom kif suppost.

Il-membri tal-GWU illi jaħdmu f’din ir-residenza qed ikunu mitluba jmorru jagħmlu swab test fil-ġranet tal-mistrieħ tagħhom. Għall-ħaddiema fis-settur mediku huwa bid-dritt tagħhom u tal-pazjenti illi jagħmlu swab b’mod regolari biex jipproteġu lil xulxin u lill-familjari tagħhom f’dan iż-żmien tal-pandemija.

Il-GWU qalet li ma taqbilx ma’ din id-deċiżjoni illi ttieħdet li l-swab isir fil-ħin ta’ mistrieħ tal-ħaddiema. Bħalissa dawn il-ħaddiema membri diġà għandhom l-isfida tal-pandemija u huwa bix-xieraq illi jieħdu l-mistrieħ tagħhom. 

Il-GWU saħqet illi dawn il-ħaddiema għandhom jagħmlu t-test fil-ħin tax-xogħol tagħhom jew inkella jiġu kkumpensati jekk jiġu mgħajtin biex jagħmlu swab barra l-ħin tax-xogħol tagħhom.

Il-GWU temmet tgħid illi hija lesta tieħu azzjoni biex tipproteġi d-drittijiet tal-membri tagħha jekk mhux ħa jintlaħaq ftehim. 

Share With: