Il-ġudikanti b’aktar saħħa f’każi ta’ ksur tal-‘bail’

L-Avukati Franco Debono u Amadeus Cachia qed jitolbu li l-maġistrati jingħataw aktar libertà biex jiddeċiedu dwar ksur ta’ kundizzjonijiet relatati mal-ħelsien mill-arrest jew kif inhija magħrufa aħjar bħala l-‘bail’.
Huma għamlu din is-sottomossjoni quddiem l-Imħallef Consuelo Scerri Herrera waqt li din kienet qed tisma l-appell ta’ Franka Ahmed Rasem, Libjan ta’ 36 sena mixli bi qtil ta’ Kolumbjan fl-2016, fuq ksur tal-kundizzjonijiet li bihom inħeles mill-arrest.
Għat-talba tal-istess avukati biex titwessa d-deskrizzjoni ġudizzjarja l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali wieġeb li dan ix-xahar stess tressaq abbozz ta’ liġi proprju biex il-liġi tiġi emendata.
Dan ifisser li l-maġistrati mistennija jingħataw aktar saħħa meta jiġu biex jiddeċiedu każijiet fejn il-persuna tkun kisret il-kundizzjonijiet li bihom tinħeles mill-arrest u ma jkollhomx idejhom marbuta kif inhuma fil-preżent.

Share With: