Il-fergħa taż-Żejtun tal-BOV tingħalaq temporanjament wara li ħaddiem jiriżulta pożittiv għall-Covid-19

Il-fergħa taż-Żejtun tal-Bank of Valletta ngħalqet temporanjament wara li wieħed mill-ħaddiema rriżulta pożittiv għall-Covid-19.

Il-bank qal li l-awtoritajiet tas-saħħa se jkunu qed jagħmlu kuntatt ma’ dak li setgħu ġew esposti għall-virus.

Intant fi stqarrija l-bank ħeġġeġ lill-klijenti li qabel iżuru fergħa tal-BOV, jiċċekkjaw jekk il-fergħa tagħhom ġietx milquta fuq https://www.bov.com/content/bov-branches-covid.

Il-BOV temm jgħid li klijenti li jeħtieġu servizzi mhux relatati mal-kaxxier bħal self għad-djar, self personali, investimenti, ftuħ ta’ kontijiet u applikazzjonijiet għal servizzi ġodda huma ġentilment mitluba jagħmlu appuntament mal-fergħa tagħhom fuq https://www.bov.com/Assistants/set-an-appointment, jew jibagħtu email fuq info@bov.com jew iċemplu fuq 2131 2020.

Share With: