Il-Fergħa tal-BOV taż-Żejtun tingħalaq temporanjament wara każ pożittiv

Il-Bank of Valletta jixtieq javża lill-klijenti tiegħu li l-Fergħa taż-Żejtun ser tingħalaq b’mod temporanju mit-Tnejn 8 ta’ Frar wara li wieħed mill-impjegati irriżulta pożittiv għall-COVID-19.

F’każ li jkun hemm xi individwi li setgħu ġew esposti għall-kontaġju, dawn se jiġu infurmati mill-Awtorità tas-Saħħa bħala parti mill-protokoll tal-contact tracing.  Il-klijenti huma mħeġġa li qabel iżuru fergħa tal-BOV, jiċċekkjaw jekk il-Fergħa tagħhom ġietx milquta fuq https://www.bov.com/content/bov-branches-covid.

Il-Bank jiskuża ruħu għal kull inkonvenjent lill-klijenti tiegħu.

Il-klijenti huma mħeġġa biex inaqqsu r-riskju ta’ kuntatt u jużaw l-ATMs, il-BOV Internet Banking, BOV Mobile Banking, BOV Pay u BOV Debit u Credit Cards għall-ħtiġijiet bankarji tagħhom u pagamenti. Klijenti li jeħtieġu servizzi mhux relatati mal-kaxxier bħal self għad-djar, self personali, investimenti, ftuħ ta’ kontijiet u applikazzjonijiet għal servizzi ġodda huma ġentilment mitluba jagħmlu appuntament mal-fergħa tagħhom fuq https://www.bov.com/Assistants/set-an-appointment, jew jibagħtu email fuq info@bov.com jew iċemplu fuq 2131 2020.

Il-Bank of Valletta se jkompli jieħu l-miżuri kollha meħtieġa fl-aħjar interess u sigurtà tal-klijenti u tal-impjegati tiegħu u jfakkar lill-klijenti li meta jżuru l-Bank għandhom dejjem isegwu l-prekawzjonijiet neċessarji bħad-distanza soċjali, jilbsu l-maskri kif suppost u jużaw sanitiser.

Share With: