Il-Fergħa tal-BOV taż-Żejtun terġa tiftaħ mil-lum

Il-Bank of Valletta jixtieq javża lill-klijenti li l-fergħa taż-Żejtun ser terġa tiftaħ mill-Ħamis 11 ta’ Frar.

Il-fergħa ġiet magħluqa wara li impjegat irriżulta pożittiv għall-COVID-19. Il-Bank ingaġġa speċjalisti fil-kontroll tal-prevenzjoni tal-infezzjonijiet sabiex jiddiżinfetta l-fergħa u din ġiet ikkonfermata sikura sabiex tinfetaħ mill-ġdid. 

B’mod temporanju, il-fergħa taż-Żejtun ser tkun qed toffri servizz limitat.  Klijenti li jeħtieġu servizzi mhux relatati mal-kaxxier bħal self għad-djar, self personali, investimenti, ftuħ ta’ kontijiet u applikazzjonijiet għal servizzi ġodda huma ġentilment mitluba jagħmlu appuntament mal-fergħa fuq https://www.bov.com/Assistants/set-an-appointment, jew jibagħtu email fuq info@bov.com jew iċemplu fuq 2131 2020. 

Il-klijenti huma mħeġġa biex inaqqsu r-riskju ta’ kuntatt u jużaw l-ATMs, il-BOV Internet Banking, BOV Mobile Banking, BOV Pay u BOV Cards għall-ħtiġijiet bankarji tagħhom u pagamenti. 

Il-Bank jiskuża ruħu għal kull dewmien li jista’ jkun hemm fis-servizz minn din il-Fergħa.

Il-Bank of Valletta jirringrazzja lill-klijenti tiegħu għall-appoġġ tagħhom. Il-Bank se jkompli jieħu l-miżuri kollha meħtieġa fl-aħjar interess u sigurtà tal-klijenti u tal-impjegati tiegħu u jfakkar lill-klijenti li meta jżuru l-Bank għandhom dejjem isegwu l-prekawzjonijiet neċessarji bħad-distanza soċjali, jilbsu l-maskri kif suppost u jużaw sanitiser.  Il-klijenti huma mħeġġa li qabel iżuru fergħa tal-BOV, jiċċekkjaw jekk il-Fergħa tagħhom ġietx milquta fuq https://www.bov.com/content/bov-branches-covid.

Share With: