Il-biċċiera intlaqtu wkoll mill-Covid19

Minn Victor Vella

Fl-aħħar sigħat sar magħruf li ammont ta’ biċċiera kienu ġew infettati bil-Covid-19. Dan wassal biex għal xi ħin xi annimali li kienu qed jistennew biex jinqatlu, kellhom jinżammu għal aktar ħin.  Jidher li b’kollox kien hemm għaxar biċċiera infettati u immedjatament bdiet biex jinstabu biċċiera oħra. Sorsi infurmaw lil L-ORIZZONT li l-problema tal-qatla ġiet solvuta billi inġiebu biċċiera minn Għawdex.

L-ORIZZONT staqsa lill-Ministeru għall-Biedja u staqsejnihom dwar kif diversi raħħala kienu qed jilmentaw kif bħalissa hemm sitwazzjoni diffiċli minħabba li xejn inqas minn 10 biċċiera mardu bil-Covid. Staqsejnihom jikkummentaw dwar dak li sostnew diversi raħħala jiġifieri li  ammont ta’ animal li  ma inqatlux minħabba l-imxija fost xi biċċiera. 

Il-Ministeru qalilna li “l-qatla fil-biċċerija pubblika qed issir b’mod regolari. Fil-biccerija pubblika jittieħdu miżuri f’konformità mal-gwida mill-awtoritajiet tas-aaħħa sabiex jiġi żgurat li kull laħam imqiegħed fis-suq wara l-ipproċessar ikun ħieles minn kull riskju għas-saħħa u s-sigurtà tal-konsumaturi.”

Share With: