Ikomplu jonqsu l-każi attivi, filwaqt li jmutu żewġ anzjani

Il-każi attivi f’pajjiżna ta’ Covid-19 komplew jonqsu għal 2,401, wara li minn 2,772 swab test li ttieħdu lbieraħ kien hemm 134 persuna li rriżultaw pożittivi. Madankollu fl-istess waqt kien hemm 195 persuna li kienu rapportati bħala li rkupraw mill-virus.

Intant mill-istatistika maħruġa ta’ kuljum mill-Ministeru għas-Saħħa jirriżulta li sal-bieraħ ġew amministrati 35,676 doża tal-vaċċin, b’7,594 persuna jirċievu żewġ dożi.

In-numru ta’ persuni li mietu kaġun tal-Covid-19 telgħu għal 279 hekk kif matul dawn l-aħħar 24 siegħa kien hemm żewġ irġiel anzjani, ta’ 69 u 85 sena li mietu fl-Isptar Mater Dei waqt li kienu pożittivi għall-virus.

Share With: