Ikompli l-ġuri tat-tieni impeachment tal-eks President Amerikan Donald Trump

Is-Senaturi fil-ġuri tat-tieni impeachment tal-eks President Amerikan Donald Trump, ġew murija filmat drammatiku u grafiku tal-attakk li seħħ mill-partitarji ta’ Trump fil-Capitol. Fil-filmat jidhru l-partitarji tal-istess Trump li b’rabja kbira kienu ferm viċin li jkollhom kuntatt mar-rappreżentanti tal-Kamra.

Il-kliem u t-tweets li kiteb Trump innifsu, ukoll ġew użati kontrih, mid-Demokratiċi fil-Prosekuzzjoni argumentaw li l-eks President instiga l-vjolenza tul il-jum tal-irvellijiet.

Fil-filmat jidhru wkoll l-Vici President Mike Pence u l-familja tiegħu li ġew evakwati minn uffiċjali tas-sigurtà minn passaġġ bil-moħbi.

Share With: