Ifiqu 242 persuna filwaqt li jiġu rapportati 193 każ ġdid

Mitejn tnejn u erbgħin (242) persuna kienu rapportati li fiequ mill-Covid-19, filwaqt li kienu reġistrati 193 każ ġdid mill-2,782 swab test li saru lbieraħ. Għaldaqstant in-numru ta’ każi attivi issa niżel għal 2,471.

Intant mill-istatistika ppubblikata mill-Ministeru għas-Saħħa jirriżulta li sal-bieraħ ġew amministrati 64,419 doża tal-vaċċin, b’20,531 persuna jieħdu wkoll it-tieni doża.

Il-Ministeru għas-Saħħa qal ukoll li matul dawn l-aħħar sigħat miet anzjan ta’ 96 sena waqt li kien qed jirċievi kura fl-Isptar Mater Dei. Dan ifisser li issa n-numru tal-vittmi tela’ għal 305.

Share With: