Id-Deputat Laburista Oliver Scicluna b’ilment wara li ritratt ta’ Kevin Cutajar kien irredikolat fuq il-midja soċjali

Fuq il-pjattaforma soċjali ta’ Facebook, paġna partikolari tellgħet ritratt tad-Deputat Nazzjonalista Kevin Cutajar bil-għan li tirredikolah minħabba d-diżabilità tiegħu. Quddiem dan, id-Deputat Laburista Oliver Scicluna, fuq l-istess pjattaforma soċjali, ikkundanna dan l-aġir, tant li ddeskrivih bħala “ċajta vojta”. Scicluna kompla jgħid li daħħal rapport dwar dan ir-ritratt.

Share With: