“Hemm bżonn il-koperazzjoni ta’ kulħadd… Għalfejn ikunu rresponsabbli?”

Il-Membru Parlamentari Laburista Miriam Dalli nnutat li ftit jiem biss wara li tħabbar ftehim ma’ Nature Trust Malta biex issir riabilitazzjoni ta’ Wied il-Qlejgħa, “xi ħadd irresponsabbli u egoist mar jarmi l-ħmieġ li seta’ ntrema legalment post ieħor”.

Dalli rringrazzjat lill-ħaddiema ta’ Parks Malta, li ħadu azzjoni mal-ewwel u kmieni dalgħodu kienu f’Wied il-Qlejgħa jneħħu dan l-iskart.

Hija temmet tappella li bħala awtoritajiet qed jagħmlu ħilithom biex tiżdied l-indafa fil-widien u l-ispazji miftuħa imma hemm bżonn li jkun hemm koperazzjoni mingħand kulħadd.

Il-Prim Ministru qal li din il-ġimgħa se jkun hemm proċess fejn jinħatru erba’ Maġistrati ġodda u erba’ Mħallfin ġodda b’investiment ta’ €2 miljun fis-sena.

Share With: