“Ħassejna ħoss kbir ftit sekondi qabel it-tluq … Xi għasafar kkawżaw ħsara konsiderevoli”

L-ambaxxatur Malti għall-Vatikan Frank Zammit fl-aħħar sigħat irrakkonta dwar esperjenza “tal-biża’”. Huwa rrakkonta kif tela’ fuq titjira biex jirritorna lura Malta. Huwa qal li t-titjira kienet puntwali u li minħabba nuqqas ta’ titjiriet l-ajruplan daħal fuq ir-runway u beda l-ġirja tiegħu sabiex jinqata’ mill-art.

Kien baqa’ biss ftit sekondi biex l-ajruplan jinqata’ mill-art meta ħassew ħoss kbir ġej min-naħa tax-xellug tiegħu. “Jien ħsibt li kienu splodewlu r-roti tax-xellug. Il-bdot kien tant bravu li kkontrolla s-sitwazzjoni kollha,” kompla Zammit.

L-ajruplan waqaf fi ftit sekondi u nstaq bil-mod fil-ġenb tal-mitjar. Wara investigazzjoni li bdiet immedjatament, irriżulta li xi għasafar kienu daħlu fil-Jet tax-xellug u għamlu ħsara konsiderevoli u li b’hekk it-titjira ma setgħetx tkompli. 

Filwaqt li kkonferma li fortunatament ħadd ma ndarab f’dan l-inċident, Zammit kellu kliem ta’ tifħir għall-ekwipaġġ u dawk kollha involuti li ħadmu f’koperazzjoni biex biex il-passiġġieri setgħu jaqbdu ajruplan ieħor sa ftit tas-sigħat wara.

Share With: