Ħaddiem imut wara li jaqa’ minn għoli ta’ sitt sulari

Il-Pulizija qed tinvestiga l-mewt traġika ta’ raġel li waqa’ minn għoli ta’ sitt sulari waqt li kien qed jaħdem f’sit ta’ kostruzzjoni f’Wied il-Għajn.

L-inċident fatali seħħ aktar kmieni għall-ħabta tat-7:45 a.m waqt li r-raġel mill-Mali qed jaħdem fis-sit li jinsab fi Triq is-Silla f’Wied il-Għajn.

Għalkemm fuq il-post issejjaħ tim mediku r-raġel kien dikjarat mejjet fuq il-post.

Il-Maġistrat tal-Għassa Doreen Clarke kienet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.

Share With: