Ħabta head-on bejn trakk u karozza f’Ħal Luqa

Trakk tal-kostruzzjoni kien involt f’inċident tat-traffiku f’Ħal Luqa. L-inċident seħħ għall-ħabta tat-2.50 p.m. fi Triq Ħal Qormi.

Il-Pulizija tad-Distrett marru immedjatament fuq il-post, fejn minn investigazzjonijiet preliminari illi saru rriżulta li seħħ impatt bejn vettura ta’ tip Chevrolet misjuqa minn mara ta’ 55 sena li tgħix Ħal Qormi u trakk ta’ tip DAF misjuq minn raġel ta’ 27 sena li jgħix Birżebbuġa.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lil mara l-Isptar Mater Dei għall-kura fejn ġiet iċċertifikata li weġġgħet gravi.

L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.

Share With: